Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum l-Ħamis 12 ta’ Awwissu.
Salmodija
Ant. 1: O Belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek.
Salm 86 (87)
Ġerusalemm omm il-ġnus kollha Ġerusalem ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna. (Gal 4:26)
Il-Mulej bena ’l Sijon * fuq l-għoljiet imqaddsa; hu jħobb il-bibien tagħha * aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb. O belt ta’ Alla, * ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek:
“Ngħodd ’il Raħab u ’l Babel * ma’ dawk li jagħrfuni. Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, * dawn twieldu hemm! ”U għal Sijon jingħad: * “Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha! U Alla l-Għoli nnifsu * jwettaqha f’postha.”
Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: * “Dan twieled hemm!” U jgħannu, huma u jiżfnu, * dawk kollha li jgħammru fik.