Iżda jien għal dejjem nifraħ

 

Talb ta’ nofs il-jum, l-Erbgħa 22 ta’ Mejju 2024
Salm 74 (75)

Alla l-imħallef il-kbir
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. (Lq 1:52) 

Lilek infaħħru, o Alla, lilek infaħħru; *
ismek inxandru, għemilek tal-għaġeb inħabbru. 

“Meta jasal il-waqt li jien għażilt, *
jien nagħmel ħaqq bis-sewwa.
Jekk titriegħed l-art u kulma fiha, *
jiena nżomm sħaħ il-pilastri tagħha.” 

Lill-kburin ngħidilhom: “La titkabbrux”; *
u lill-ħżiena: “La terfgħux raskom.”
Terfgħux kontra s-sema raskom; *
titkabbrux ma’ Alla bi kliemkom. 

Għax ebda għajnuna ma ssibu, *
la mil-lvant, la mill-punent, lanqas mid-deżert;
għax Alla hu l-imħallef: *
lil wieħed iniżżlu, lil ieħor jgħollih. 

Il-Mulej għandu f’idu bieqja, *
bi nbid qawwi, imħawwar tajjeb;
minnha jisqihom sal-aħħar qatra: *
il-ħżiena kollha tal-art jixorbuha. 

Iżda jien għal dejjem nifraħ; *
ngħanni lil Alla ta’ Ġakobb.
L-irjus kollha tal-ħżiena jitkissru; *
u jintrefgħu l-irjus tal-ġusti. 

Glorja.

Ant. 3: Alla ma jiġġudikax skond ma jidher fl-għajnejn, imma skond il-ġustizzja u s-sewwa

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar