Mulej, se tibqa’ għal dejjem tinħeba minna? * Se jibqa’ ħuġġieġa nar l-għadab tiegħek? Ftakar li ftit huma jiem ħajti. * Għal daqshekk int ħlaqtu l-bniedem? Min hu li jgħix u ma jarax il-mewt? * Min jeħlisha mis-setgħa tal-imwiet? Fejn hi, Sidi, it-tjieba tiegħek ta’ dari? * Fejn hi l-fedeltà li biha ħlift lil David? Ftakar, Sidi, kif inhu mkasbar il-qaddej tiegħek; * kif qed nilqa’ ġo fija ż-żebliħ tal-popli, iż-żebliħ li qed jagħmlulna l-għedewwa tiegħek, Mulej, * li qed ikasbru kull ħjiel tas-sultan midluk tiegħek. Imbierek il-Mulej għal dejjem! * Amen! Amen!
Glorja.
Ant. 2: Jiena l-għerq imnissel minn David, jiena l-kewkba tiddi ta’ filgħodu.
Ant. 3: Ħajjitna malajr tgħaddi, bħall-ħaxix tar-raba’; imma int minn dejjem ta’ dejjem, o Alla.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar