jaħsdu bl-għana ta’ ferħ

 

L-għasar, illum l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 2022.

Salm 125 (126)

Ferħ u hena fil-Mulej
Kif intom għandkom sehem mis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu magħna l-faraġ tagħna. (2 Kor 1:7) 

Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon, *
konna qisna mitlufa f’ħolma;
imbagħad bid-daħk imtela fommna, *
u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna.
Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus: *
“Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom!”
Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! *
u aħna bil-ferħ imtlejna. 

Biddel, Mulej, xortina, *
bħall-widien tan-Negeb!
Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ *
jaħsdu bl-għana ta’ ferħ. 

Huma u sejrin, imorru jibku, *
iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ, *
iġorru l-qatet f’idejhom. 

Glorja.

Ant. 2: Jiena qiegħed fostkom nagħmilha ta’ qaddej.

Ant. 3: Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, imma ħbieb tiegħi, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/