Jibgħat mis-sema u jsalvani

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2023.

Salm 56 (57)

Talba ta’ ruħ imnikkta fi sbieħ il-jum
Dan is-salm hu l-għanja tal-passjoni tal-Mulej. (S.Wistin) 

Ħenn għalija, o Alla, ħenn għalija, *
għax fik jiena nsib il-kenn tiegħi;
għad-dell ta’ ġwenħajk nistkenn, *
sakemm jgħaddi l-hemm minn fuqi.
Insejjaħ lil Alla l-Għoli, *
lil Alla, li jieħu ħsiebi. 

Jibgħat mis-sema u jsalvani; †
jitfa’ l-għajb fuq min jgħaffiġni; *
jibgħat Alla t-tjieba u l-fedeltà tiegħu.
Ninsab mimdud qalb l-iljuni, *
li jaħtfu lill-bnedmin;
snienhom lanez u vleġeġ, *
u lsienhom sejf misnun.
Ogħla ’l fuq mis-smewwiet, o Alla! *
Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha! 

Xibka ħejjewli fil-mogħdija; *
għal ftit ma waqajtx fiha.
Ħofra ħaffruli quddiemi, *
iżda huma waqgħu fiha. 

Sħiħa qalbi, o Alla, sħiħa qalbi; *
ħa ngħanni u ninseġ għanja:
“Qum, ruħ tiegħi, qum, arpa u ċetra! *
Ħa nqajjem sbiħ il-jum!”
Infaħħrek, Sidi, fost il-popli, *
ngħannilek fost il-ġnus;
għax m’ogħla s-smewwiet it-tjieba tiegħek, *
sas-sħab il-fedeltà tiegħek. 

Ogħla ’l fuq mis-smewwiet, o Alla! *
Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha! 

Glorja.

Ant. 1: Qum, arpa u ċetra! Ħa nqajjem sbiħ il-jum!

Ant. 2: Il-Mulej jgħid: Il-poplu tiegħi bil-ġid inxebbgħu

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/