Jibqa’ sebħ il-Mulej għal dejjem!

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 1 ta’ Ottubru 2023.

Salm 103 (104)

(III) 

Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! †
Kollha bl-għerf għamilthom; *
mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.
Dan il-baħar ta’ kobor u wisa’ bla tarf, †
li fih jimraħ ħut bla għadd; *
bhejjem żgħar u bhejjem kbar.
Id-dgħajjes jimxu fuq il-mewġ tiegħu; *
fih jitliegħeb il-Levjatan, li int għamilt. 

Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha *
li tagħtihom ikilhom f’waqtu.
Inti tagħtihom, u huma jiġbru; *
tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid. 

Jekk taħbi wiċċek, huma jinfixlu; †
jekk teħdilhom nifishom, imutu, *
u lejn it-trab jerġgħu jmorru.
Malli tibgħat l-ispirtu tiegħek, jinħolqu, *
u inti ġġedded il-wiċċ tal-art. 

Jibqa’ sebħ il-Mulej għal dejjem! *
Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu!
Kif hu jħares lejn l-art, titheżżeż; *
kif imiss l-għoljiet, idaħħnu.
Ngħanni lill-Mulej tul ħajti kollha, *
indoqq lil Alla tiegħi kemm indum ħaj.
Ħa togħġbu l-għanja tiegħi, *
għax jiena fil-Mulej l-hena tiegħi. 

Jintemmu minn fuq l-art il-midinbin, †
u jgħibu l-ħżiena, *
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej. 

Glorja.

Ant. 3: Alla ħares lejn kulma għamel, u ra li kollox kien sew ħafna, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/