Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Ħamis 23 ta’ Settembru.
Salm 24 (25)
(II)
Min hu dak li għandu l-biża’ tal-Mulej? * Lilu hu juri t-triq li għandu jagħżel. Fil-ġid hu jgħammar, * uliedu jiksbu l-art.
Midħla l-Mulej ta’ dawk li jibżgħu minnu, * lilhom jgħarraf il-patt tiegħu. Għajnejja dejjem fil-Mulej, * għax hu mix-xbiek jaqlagħli riġlejja.
Dur lejja u kun twajjeb miegħi, * għax jiena fqajjar u waħdi. Serraħli qalbi mid-dwejjaq, * min-niket tiegħi eħlisni. Ara n-niket u d-diqa tiegħi, * u aħfirli ħtijieti kollha. Ara kemm kotru l-għedewwa tiegħi, * x’mibegħda qawwija għandhom għalija.
Ħarisli ħajti u eħlisni; * la nistkenn fik, m’għandix għax ninfixel. Is-sewwa u d-dritt iħarsuni, * għax jien fik ittamajt.
Eħles, o Alla, lil Iżrael * mid-dwejjaq tiegħu kollha!
Glorja.
Ant. 3: Dur lejja u eħlisni, Mulej, għax jiena fqajjar u waħdi.