Talb ta’ nofs il-jum, it-Tlieta 9 ta’ Settembru 2025
Salm 118 (119):97-104
XIII (Mem)
Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! * Il-jum kollu ħsiebi fiha. Il-kmandament tiegħek għal dejjem miegħi, * jagħmilni egħref mill-għedewwa tiegħi.
Jien nifhem aktar mill-imgħallmin tiegħi kollha, * għax ħsiebi fil-kmandamenti tiegħek. Aktar mix-xjuħ jien bil-għaqal, * għax inħares il-preċetti tiegħek.
Minn kull triq ħażina nwarrab riġlejja, * biex inħares il-kelma tiegħek. Mid-digrieti tiegħek qatt ma nitbiegħed, * għax int kont li għallimthomli.
Kemm hi ħelwa l-wegħda tiegħek! * Oħla mill-għasel għal fommi. Jien ksibt id-dehen bil-preċetti tiegħek; * għalhekk nobgħod kull triq qarrieqa.
Glorja.
Ant. 1: L-imħabba hija l-milja tal-liġi.
Ant. 2: Mulej, ftakar fil-ġemgħa li ksibt għalik mill-qedem.