L-hena tiegħi li nkun qrib Alla

 


L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tnejn 16 ta’ Awwissu.

Salm 72 (73)

(III) 

Meta kienet tinkedd qalbi †
u kont ninfena ġewwa fija, *
kemm kont iblah, xejn ma fhimt,
bħal bhima jien kont quddiemek. 

Imma jiena dejjem miegħek; *
inti żżommni minn idi l-leminija;
skond il-ħsieb tiegħek tmexxini, *
mbagħad fis-sebħ tilqagħni. 

Lil min għandi fis-sema ħliefek? *
Bik miegħi fuq l-art xejn ma jonqosni.
Qegħdin jinfnew ġismi u qalbi; *
Alla l-qawwa ta’ qalbi u sehmi għal dejjem. 

Għax kull min jitbiegħed minnek jintilef; *
int teqred ’il kull min jinfired minnek.
Iżda jiena l-hena tiegħi li nkun qrib Alla; †
f’Sidi l-Mulej qegħedt il-kenn tiegħi; *
u nxandar l-għemejjel tiegħek kollha. 

Glorja.

Ant. 3: Kull min jitbiegħed minnek jintilef; iżda jiena l-hena tiegħi li nkun qrib Alla.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/