Talba ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 17 ta’ Awwissu.
Salmodija
Ant. 1: Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.
Salm 118 (119):137-144
Ġust int, Mulej; * u sewwa d-digrieti tiegħek. Bil-ġustizzja għamilt il-preċetti tiegħek, * u b’fedeltà mill-akbar.
Tifnini l-ħeġġa tiegħi, * għax insew kelmtek l-għedewwa tiegħi. Il-wegħda tiegħek jien ippruvajtha; * għalhekk iħobbha l-qaddej tiegħek.
Għalkemm jien żgħir u mżeblaħ, * ma ninsiex il-preċetti tiegħek. Ġustizzja ta’ dejjem hi l-ġustizzja tiegħek, * u sewwa l-liġi tiegħek.
Għalkemm id-diqa u n-niket waqgħu fuqi, * il-kmandamenti tiegħek baqgħu l-għaxqa tiegħi. Ġustizzja ta’ dejjem il-preċetti tiegħek; * agħtini d-dehen biex ikolli l-ħajja.