
la tħallinix
Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 17 ta’ Mejju 2022.
Salm 118 (119):1-8
(I – Alef)
Ħsibijiet fuq il-kelma tal-Mulej fil-liġiDin hija l-imħabba ta’ Alla, li nżommu l-kmandamenti tiegħu. (1 Ġw 5:3)
Henjin dawk li triqthom bla ħtija, *
li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Henjin dawk li jħarsu l-preċetti tiegħu, *
u li jfittxuh b’qalbhom kollha.
Huma ma jagħmlux ħażen, *
imma jimxu fit-triqat tal-Mulej.
Int tajt il-preċetti tiegħek, *
biex inħarsuhom bir-reqqa.
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi *
fil-ħarsien tal-kmandamenti tiegħek!
Imbagħad ma jkollix għax nistħi, *
la naħseb fuq il-kmandamenti tiegħek kollha.
Imbagħad infaħħrek b’qalb safja, *
meta nitgħallem id-digrieti ġusti tiegħek.
Irrid inħares il-kmandamenti tiegħek; *
la tħallinix għal kollox!
Glorja
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/