li jagħti qawwa u ħila lill-poplu tiegħu

 

L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tlieta 14 ta’ Marzu 2023.

Salm 67 (68)

(III) 

Tfaċċa d-dħul tiegħek, o Alla, fis-santwarju, *
id-dħul ta’ Alla tiegħi, is-sultan tiegħi.
L-għannejja quddiem, l-istrumenti wara, *
f’nofshom it-tfajliet bit-tanburlin:
“Bierku ’l Alla fil-laqgħat tagħkom; *
bierku l-Mulej fil-ġemgħat ta’ Iżrael.”
Quddiem miexi Benjamin, *
l-iżgħar fost it-tribù,
il-kapijiet ta’ Ġuda bi ħġarhom, *
il-kapijiet ta’ Żabulon, il-kapijiet ta’ Neftali.
Ibgħat, o Alla, il-qawwa tiegħek, *
wettaq, o Alla, dik il-qawwa li ħaddimt għalina.
Lejn it-tempju tiegħek f’Ġerusalemm, *
għalik is-slaten iġibu l-għotjiet.
Ċanfar dik il-bhima fil-qasab tan-Nil, *
dawk il-popli, bħal qabda gniedes
bl-għoġġiela tagħhom,
sa ma jumiljaw ruħhom u jiġuk b’rigali tal-fidda; *
ferrex il-popli li jħobbu l-gwerer.
Ħa jiġu l-kbarat mill-Eġittu; *
tiftaħ l-Etjopja jdejha lejn Alla. 

Slaten tal-art, għannu lil Alla, *
faħħru bid-daqq lil Sidi l-Mulej:
lil dak li jirkeb fuq is-smewwiet, *
fuq is-smewwiet ta’ dejjem. 

Arawh! Se jsamma’ leħnu, leħen qawwi: *
“Agħrfu l-qawwa ta’ Alla!”
Fuq Iżrael il-kobor tiegħu; *
fis-smewwiet il-qawwa tiegħu.
Tal-biża’ Alla fis-santwarju tiegħu! *
Hu Alla ta’ Iżrael,
li jagħti qawwa u ħila lill-poplu tiegħu. *
Imbierek Alla! 

Glorja.

Ant. 3: Slaten tal-art, għannu lil Alla, faħħru bid-daqq lil Sidi l-Mulej

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/