li kont nitgħaxxaq nitkellem miegħek

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2023.

Salm 54 (55)

(II) 

Eqridhom, Sidi, ħawdilhom kliemhom, *
għax dnewwa u ġlied fil-belt qiegħed nara.
Lejl u nhar jiġġerrew fuq il-ħitan tagħha, *
fiha m’hemmx ħlief ħsara u dwejjaq.
Il-ħerba tinsab ġo nofsha, *
moħqrija u qerq ma jwarrbux mill-misraħ tagħha. 

Mhuwiex xi għadu dak li jċanfarni; *
li kien hekk, kont nissaporti.
Mhux xi wieħed kontrija dak li jkasbarni; *
li kien hekk, kont ninħeba minnu.
Imma int, wieħed bħali, *
sieħbi u ħabib tal-qalb,
li kont nitgħaxxaq nitkellem miegħek, *
ħaġa waħda konna nkunu fid-dar ta’ Alla. 

Glorja.

Ant. 2: Il-Mulej jeħlisna minn idejn l-għadu u l-qarrieq.

Ant. 3: Ħalli xortik f’idejn il-Mulej, u hu jgħinek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/