magħmula bis-sewwa u bid-dritt

 

Il-għasar, illum il-Ħadd 13 ta’ Awwissu 2023.

Salm 110 (111)

Kbar l-għemejjel tal-Mulej
Kbar u tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek, Mulej, Alla li tista’ kollox. (Apok 15:3) 

Inrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha, *
fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura. 

Kbar huma l-għemejjel tal-Mulej; *
ifittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom.
Kollu ġmiel u kobor għemil il-Mulej; *
għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu. 

Waqqaf tifkira bl-għeġubijiet tiegħu; *
twajjeb u ħanin il-Mulej.
Hu jagħti l-għajxien lil min jibża’ minnu, *
jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 

Wera lill-poplu tiegħu l-qawwa ta’ għemilu, *
meta qassam lilhom art il-ġnus.
Is-sewwa u l-ħaqq għemil idejh; *
ta’ min joqgħod fuqhom il-preċetti tiegħu,
imwettqa għal dejjem ta’ dejjem, *
magħmula bis-sewwa u bid-dritt.
Bagħat jifdi lill-poplu tiegħu, *
wettaq għal dejjem il-patt tiegħu. 

Qaddis u tal-biża’ hu ismu! *
Il-bidu tal-għerf hu l-biża’ tal-Mulej:
tassew bil-għaqal kull min jimxi bih, *
għal dejjem jibqa’ t-tifħir tiegħu! 

Glorja.

Ant. 2: Il-Mulej ħanin waqqaf tifkira bl-għeġubijiet tiegħu, hallelujah.

Ant. 3: Ħa s-saltna l-Mulej, Alla tagħna li jista’ kollox, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/