IC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gLndwLWJsb2NrLWltYWdlLnRiLWltYWdlW2RhdGEtdG9vbHNldC1ibG9ja3MtaW1hZ2U9IjZkZDBkNDUwNTQ3ZDcwZmVlYjVkMGY1N2UyYmNhOWZjIl0geyBtYXgtd2lkdGg6IDEwMCU7IH0gQG1lZGlhIG9ubHkgc2NyZWVuIGFuZCAobWF4LXdpZHRoOiA3ODFweCkgeyAgLnRiLWltYWdle3Bvc2l0aW9uOnJlbGF0aXZlO3RyYW5zaXRpb246dHJhbnNmb3JtIDAuMjVzIGVhc2V9LndwLWJsb2NrLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS5hbGlnbmNlbnRlcnttYXJnaW4tbGVmdDphdXRvO21hcmdpbi1yaWdodDphdXRvfS50Yi1pbWFnZSBpbWd7bWF4LXdpZHRoOjEwMCU7aGVpZ2h0OmF1dG87d2lkdGg6YXV0bzt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS50Yi1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbi1maXQtdG8taW1hZ2V7ZGlzcGxheTp0YWJsZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9ue2Rpc3BsYXk6dGFibGUtY2FwdGlvbjtjYXB0aW9uLXNpZGU6Ym90dG9tfSB9IEBtZWRpYSBvbmx5IHNjcmVlbiBhbmQgKG1heC13aWR0aDogNTk5cHgpIHsgIC50Yi1pbWFnZXtwb3NpdGlvbjpyZWxhdGl2ZTt0cmFuc2l0aW9uOnRyYW5zZm9ybSAwLjI1cyBlYXNlfS53cC1ibG9jay1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UuYWxpZ25jZW50ZXJ7bWFyZ2luLWxlZnQ6YXV0bzttYXJnaW4tcmlnaHQ6YXV0b30udGItaW1hZ2UgaW1ne21heC13aWR0aDoxMDAlO2hlaWdodDphdXRvO3dpZHRoOmF1dG87dHJhbnNpdGlvbjp0cmFuc2Zvcm0gMC4yNXMgZWFzZX0udGItaW1hZ2UgLnRiLWltYWdlLWNhcHRpb24tZml0LXRvLWltYWdle2Rpc3BsYXk6dGFibGV9LnRiLWltYWdlIC50Yi1pbWFnZS1jYXB0aW9uLWZpdC10by1pbWFnZSAudGItaW1hZ2UtY2FwdGlvbntkaXNwbGF5OnRhYmxlLWNhcHRpb247Y2FwdGlvbi1zaWRlOmJvdHRvbX0gfSA=
Tifħir ta’ sbiħ il-jum, it-Tnejn 10 ta’ Marzu 2025
Salm 5:2-10,12-13
Talba ’l Alla filgħodu għall-għajnuna
Il-Verb jgħammar f’dawk li jilqgħuh, u jkun għalihom għajn ta’ hena għal dejjem.
Mulej, agħti widen għal kliemi; *
agħti kas tat-tnehid tiegħi.
Isma’ l-għajat tat-talb tiegħi, †
Sultan tiegħi u Alla tiegħi, *
għax lilek jiena nitlob.
Mulej, filgħodu int tisma’ leħni, *
filgħodu nressaqlek talbi, u nistenna.
Għax int m’intix Alla li tħobb il-ħażen; *
il-ħażin ma jsibx postu għandek.
Ma jiqfux il-kburin quddiem għajnejk; †
int tobgħod kull min jagħmel id-deni; *
int teqred min jitkellem bil-gideb.
Nies qattiela u qarrieqa *
jistmellhom il-Mulej.
Imma jien għat-tjieba kbira tiegħek *
nista’ nidħol ġewwa darek;
ninxteħet quddiem is-santwarju mqaddes tiegħek, *
mimli bil-biża’ tiegħek.
Mexxini, Mulej, fis-sewwa tiegħek
minħabba l-għedewwa tiegħi; *
wittili t-triq tiegħek quddiemi.
Is-sewwa mhuwiex fuq fommhom, *
qalbhom bil-ħażen mimlija;
ħalqhom bħal qabar miftuħ, *
imellsu biss bi lsienhom.
Ħa jifirħu dawk li jafdaw fik, *
u jithennew għal dejjem;
ħarishom, u bik jithennew *
dawk li jħobbu ’l ismek.
Għax int tbierek il-ġust, Mulej; *
int tħaddnu bħal tarka bi tjubitek.
Glorja.
Ant. 1: Lilek jien nitlob, Mulej; filgħodu inti tisma’ leħni.
Ant. 2: Infaħħruk, Alla tagħna, u nsebbħu l-isem glorjuż tiegħek.