Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2022.
Salm 118 (119):49-56
VII (Żajin) Ftakar fil-kelma li tajt lill-qaddej tiegħek, * li biha inti ttamajtni. Dan hu l-faraġ fin-niket tiegħi: * li l-wegħda tiegħek tagħtini l-ħajja.
Jiddieħku bija l-kburin għall-aħħar; * imma jiena ma nitbigħedx mil-liġi tiegħek. Niftakar fid-digrieti tiegħek ta’ dari; * fihom, Mulej, jiena nsib il-faraġ tiegħi.
Nagħdab għall-aħħar minħabba l-ħżiena * li jitilqu l-liġi tiegħek. L-għanja tiegħi l-kmandamenti tiegħek, * f’dan il-post fejn jien barrani.
Billejl f’ismek niftakar, Mulej, * u nħares il-liġi tiegħek. Din hi l-barka li messet lili: * li jiena nħares il-preċetti tiegħek.
Glorja.
Ant. 1: Fil-post fejn jien barrani, jiena nħares il-preċetti tiegħek.
Ant. 2: Alla jerġa’ jqajjem il-poplu tiegħu, u aħna nifirħu.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/