qatt ma ninsa l-kelma tiegħek

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 22 ta’ Novembru 2023.

Salm 118 (119):9-16

II (Bet) 

Kif jista’ żagħżugħ jimxi safi fi triqtu? *
Billi jħares il-kelma tiegħek.
B’qalbi kollha jiena nfittxek; *
tħallinix nitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek. 

Jien żammejt kelmtek f’qalbi, *
biex ma nidneb qatt kontrik.
Imbierek int, Mulej! *
Għallimni l-kmandamenti tiegħek. 

B’xufftejja jiena nxandar *
id-digrieti kollha ta’ fommok.
Nifraħ fit-triq tal-preċetti tiegħek, *
daqs kieku kelli l-għana kollu. 

Fuq il-preċetti tiegħek irrid naħseb, *
u nżomm għajnejja fuq triqatek.
Bil-kmandamenti tiegħek irrid nitgħaxxaq, *
qatt ma ninsa l-kelma tiegħek. 

Glorja.

Ant. 1: Imbierek int, Mulej: għallimni l-kmandamenti tiegħek.

Ant. 2: Żomm fi triqatek il-mixi tiegħi, Mulej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/