L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 14 ta’ Ottubru.
Salm 43 (44)
(III) Dan kollu ġralna, għalkemm ma nsejniekx, * għalkemm ma ksirniex il-patt tiegħek. Ma dorniex mill-fehma tagħna, * anqas ħarġu minn triqtek riġlejna. Imma int sħaqtna f’art il-klieb selvaġġi, * u b’dell il-mewt għattejtna.
Li kieku nsejna isem Alla tagħna, * jew ftaħna jdejna quddiem xi alla barrani, ma kienx Alla b’dan jintebaħ, * hu li jagħraf x’hemm moħbi fil-qalb? Minħabba fik joqtluna l-jum kollu, * jgħodduna bħal nagħaġ għall-qatla.
Qum! Għax int rieqed, Sid tiegħi? * Stenbaħ! La twarrabniex għal dejjem. Għaliex taħbi wiċċek minna? * Għaliex tinsa d-dwejjaq u t-tgħakkis tagħna?
Għax fit-trab ninsabu mitluqa, * mixħuta mal-art minn tulna. Qum! Ejja biex tgħinna! * Eħlisna, f’ġieħ it-tjieba tiegħek!
Glorja.
Ant. 3: Stenbaħ, Mulej! La twarrabniex għal dejjem.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt.