Se jibqa’ ħuġġieġa nar l-għadab tiegħek?

 

L-uffiċċju tal-qari, il-Ħamis 23 ta’ Mejju 2024
Salm 88 (89)

(V) 

Mulej, se tibqa’ għal dejjem tinħeba minna? *
Se jibqa’ ħuġġieġa nar l-għadab tiegħek?
Ftakar li ftit huma jiem ħajti. *
Għal daqshekk int ħlaqtu l-bniedem?
Min hu li jgħix u ma jarax il-mewt? *
Min jeħlisha mis-setgħa tal-imwiet? 
Fejn hi, Sidi, it-tjieba tiegħek ta’ dari? *
Fejn hi l-fedeltà li biha ħlift lil David?
Ftakar, Sidi, kif inhu mkasbar il-qaddej tiegħek; *
kif qed nilqa’ ġo fija ż-żebliħ tal-popli,
iż-żebliħ li qed jagħmlulna l-għedewwa tiegħek, Mulej, *
li qed ikasbru kull ħjiel tas-sultan midluk tiegħek.
Imbierek il-Mulej għal dejjem! *
Amen! Amen! 

Glorja.

Ant. 2: Jiena l-għerq imnissel minn David, jiena l-kewkba tiddi ta’ filgħodu.

Ant. 3: Ħajjitna malajr tgħaddi, bħall-ħaxix tar-raba’; imma int minn dejjem ta’ dejjem, o Alla.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar