Sewwa u veri t-triqat tiegħek

 


L-għasar, illum l-Ġimgħa 13 ta’ Awwissu.

Kantiku (Apok 15:3-4)

Innu ta’ qima 

Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek, *
Mulej, Alla li tista’ kollox;
sewwa u veri t-triqat tiegħek, *
Sultan tal-ġnus. 

Min, Mulej, ma jibżax minn ismek? *
Min ma jsebbħux?
Għaliex int waħdek qaddis: †
u l-ġnus kollha jiġu jinxteħtu quddiemek, *
għax magħrufa saru l-ġudizzji tiegħek. 

Glorja.

Ant. 3: Il-ġnus kollha jiġu jinxteħtu quddiemek, Mulej.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/