L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 4 ta’ Frar 2022.
Salm 54 (55)
(II)
Eqridhom, Sidi, ħawdilhom kliemhom, * għax dnewwa u ġlied fil-belt qiegħed nara. Lejl u nhar jiġġerrew fuq il-ħitan tagħha, * fiha m’hemmx ħlief ħsara u dwejjaq. Il-ħerba tinsab ġo nofsha, * moħqrija u qerq ma jwarrbux mill-misraħ tagħha.
Mhuwiex xi għadu dak li jċanfarni; * li kien hekk, kont nissaporti. Mhux xi wieħed kontrija dak li jkasbarni; * li kien hekk, kont ninħeba minnu. Imma int, wieħed bħali, * sieħbi u ħabib tal-qalb, li kont nitgħaxxaq nitkellem miegħek, * ħaġa waħda konna nkunu fid-dar ta’ Alla.
Glorja.
Ant. 2: Il-Mulej jeħlisna minn idejn l-għadu u l-qarrieq.
Ant. 3: Ħalli xortik f’idejn il-Mulej, u hu jgħinek.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/