Taħbix wiċċek minni

 

L-uffiċċju tal-qari, illum it-Tlieta 10 ta’ Mejju 2022.

Salm 101 (102)

(I) Xewqat u talb tal-imjassrinAlla ifarraġna fid-dwejjaq kollha tagħna. (2 Kor 1:4) 

Mulej, isma’ t-talba tiegħi, *
ħa tasal għandek l-għajta tiegħi.
Taħbix wiċċek minni *
f’jum id-dwejjaq tiegħi;
ressaq widintek lejja, *
meta nsejjaħlek fittex weġibni! 

Għax jiemi bħal duħħan jgħibu; *
u għadmi bħal ħuġġieġa jaqbad.
Nixfet qalbi bħal ħaxix maqtugħ; †
ninsa niekol sa l-ħobż tiegħi. *
Bl-ilfiq qawwi tiegħi sirt għadma u ġilda. 

Qisni xi tajra fix-xagħri; *
sirt bħal kokka qalb xi ħerba.
Nibqa’ mqajjem u nitniehed, *
bħal għasfur waħdu fuq bejt.
Il-jum kollu jgħajruni l-għedewwa tiegħi, *
jixegħlu għalija u jidgħu bija. 

Niekol l-irmied bħal ħobż, *
u x-xorb tiegħi bid-dmugħ inħallat,
minħabba l-għadab u s-saħna tiegħek, *
għax inti rfajtni, u mbagħad tlaqtni.
Jiemi qed jonqsu bħad-dell ta’ filgħaxija; *
u jien bħal ħaxix qiegħed ninxef. 

Glorja.

Ant. 1: Ħa tasal għandek l-għajta tiegħi, Mulej; taħbix wiċċek minni.

Ant. 2: Mulej, isma’ t-talb tal-umli.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/