Talb ta’ nofs il-jum, illum l-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2022.
Salm 93 (94)
(I) Il-Mulej jitħallas għall-ġustiIl-Mulej jaf jitħallas ta’ dan kollu. Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żina, imma fil-qdusija. (1 Tes 4:6-7)
Mulej, Alla li taf titħallas, * Alla li taf titħallas, tfaċċa! Qum, mħallef tad-dinja, * roddilhom li ħaqqhom lill-kburin. Kemm se jdumu l-ħżiena, Mulej, * kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu? Kliem kburi joħroġ minn fommhom; * kull min jagħmel il-ħażen jiftaħar.
Huma jkasbru, Mulej, lill-poplu tiegħek, * u jgħakksu lill-poplu ta’ wirtek. Joqtlu l-armla u l-barrani, * u l-mewt jagħtu lill-iltiema; u jgħidu: “Ma jarax il-Mulej; * ma jintebaħx Alla ta’ Ġakobb.”
Ifhmuha, intom nies boloh fost il-poplu! * Nies bla moħħ, meta se tintebħu? Forsi min għamel il-widnejn ma jismax? * Jew min sawwar l-għajnejn ma jarax? Taħsbu li min iwiddeb lill-ġnus ma jrażżanx? * Jew m’għandux għerf min jgħallem lill-bniedem? Jagħraf il-Mulej il-ħsibijiet tal-bniedem, * u jaf li mhumiex ħlief frugħa.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/