Għannu lill-Mulej

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ħamis 12 ta’ Mejju 2022.

Salm 146 (147A)

Is-setgħa u t-tjieba tal-Mulej
Lilek, o Alla, infaħħru: lilek b’Mulej nistqarru.

Faħħru l-Mulej, †
għax tajjeb li tgħanni lil Alla tagħna; *
għax ħelu u xieraq it-tifħir tiegħu. 

Jibni ’l Ġerusalemm il-Mulej, *
jiġma’ l-imxerrdin ta’ Iżrael.
Hu jfejjaq il-qlub maqsuma, *
hu jorbot il-ġrieħi tagħhom.
Hu jgħodd in-numru tal-kwiekeb; *
kollha jsejħilhom b’isimhom.
Kbir Sidna l-Mulej, u ta’ qawwa kbira; *
bla tarf id-dehen tiegħu.
Jerfa’ l-imsejknin il-Mulej, *
u jniżzel sa l-art il-ħżiena. 

Għannu lill-Mulej innu ta’ radd il-ħajr; *
doqqu fuq l-arpa lil Alla tagħna.
Hu li jiksi bis-sħab is-smewwiet, †
iħejji għall-art ix-xita, *
u jnibbet il-ħaxix fuq l-għoljiet.
Hu jipprovdi lill-bhejjem l-għalf tagħhom, *
u lill-frieħ taċ-ċawl meta jgħajtu.
Ma jitgħaxxaqx bis-saħħa taż-żiemel, *
anqas b’riġlejn l-irġiel b’saħħithom.
Jitgħaxxaq il-Mulej b’min għandu l-biża’ tiegħu, *
u b’min jittama fit-tjieba tiegħu. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/