Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru 2023.

Salm 102 (103)

(II) Għax hu jaf kif aħna magħġuna, *
jiftakar li aħna trab.
Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem; *
bħall-fjur tar-raba’, hekk jikber.
Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa, *
u ħadd aktar ma jagħraf fejn kien.

Imma t-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem †
ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu, *
u s-sewwa tiegħu ma’ wlied uliedhom;
ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu, *
u jiftakru fil-preċetti tiegħu u jħarsuhom.
Waqqaf il-Mulej it-tron tiegħu fis-sema, *
u s-saltna fuq kollox taħkem. 

Bierku l-Mulej, anġli tiegħu kollha, *
setgħana u qawwija,
li tagħmlu l-ordni tiegħu *
malli tisimgħu leħen il-kelma tiegħu.
Bierku l-Mulej, eżerċti tiegħu kollha, *
qaddejja tiegħu, li tagħmlu r-rieda tiegħu.
Bierku l-Mulej, għemejjel tiegħu kollha, †
kullimkien fis-saltna tiegħu. *
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! 

Glorja.

Ant. 3: Jien l-anġlu Rafel, li qiegħed quddiem il-Mulej; intom bierku lil Alla, u xandru l-għeġubijiet tiegħu kollha.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/