Tiegħek jien; salvani int!

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum it-Tnejn 20 ta’ Frar 2023.

Salm 118 (119):89-96

XII (Lamed)
Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulxin. (Ġw 13:34) 

Għal dejjem, Mulej, il-kelma tiegħek; *
hi mwaqqfa fis-sod fis-smewwiet.
Minn nisel għal nisel il-fedeltà tiegħek; *
fuq l-art waqqaftha, u żammet fis-sod. 

B’digriet tiegħek għadhom sħaħ sa llum; *
għax kollox hu għall-qadi tiegħek.
Li ma sibtx l-hena fil-liġi tiegħek, *
kont nintemm fin-niket tiegħi. 

Ma ninsa qatt il-preċetti tiegħek, *
għax bihom int tagħtini l-ħajja.
Tiegħek jien; salvani int! *
Jiena nfittex il-preċetti tiegħek. 

Jgħassuli l-ħżiena biex jeqirduni; *
imma jien ħsiebi fil-preċetti tiegħek.
Jien rajt it-tmiem ta’ kulma jgħaddi; *
imma bla tarf il-kmandamenti tiegħek.

Glorja.

Ant. 1: Jiena nfittex il-preċetti tiegħek, Mulej, għax bihom int tagħtini l-ħajja.

Ant. 2: Mulej, inti l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/