Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2025
Salm 118 (119):73-80
X (Jod) Idejk għamluni u sawruni; * fehemni u għallimni l-kmandamenti tiegħek. Jarani u jifraħ min għandu l-biża’ tiegħek, * għax jiena ttamajt fil-kelma tiegħek.
Jien naf, Mulej, li ġusti d-digrieti tiegħek; * u li skont is-sewwa għakkistni. Tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi, * skont il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek.
Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja; * għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi. Jistħu l-kburin, li bil-qerq jaħqruni; * imma jien naħseb fil-preċetti tiegħek.
Ħa jduru lejja dawk li jibżgħu minnek, * dawk li jagħrfu l-preċetti tiegħek. Tkun qalbi bla ħtija fil-kmandamenti tiegħek, * biex ma jkollix għax nistħi.