Tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi

 

Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2022.
Salm 118 (119):73-80

X (Jod) 

Idejk għamluni u sawruni; *
fehemni u għallimni l-kmandamenti tiegħek.
Jarani u jifraħ min għandu l-biża’ tiegħek, *
għax jiena ttamajt fil-kelma tiegħek. 

Jien naf, Mulej, li ġusti d-digrieti tiegħek; *
u li skond is-sewwa għakkistni.
Tkun it-tjieba tiegħek il-faraġ tiegħi, *
skond il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek. 

Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja; *
għax il-liġi tiegħek hi l-għaxqa tiegħi.
Jistħu l-kburin, li bil-qerq jaħqruni; *
imma jien naħseb fil-preċetti tiegħek. 

Ħa jduru lejja dawk li jibżgħu minnek, *
dawk li jagħrfu l-preċetti tiegħek.
Tkun qalbi bla ħtija fil-kmandamenti tiegħek, *
biex ma jkollix għax nistħi. 

Glorja.

Ant. 1: Morru xandru l-bxara t-tajba tas-Saltna: b’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.

Ant. 2: Ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/