Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa

 

Talb ta’ matul il-ġurnata, illum it-Tnejn 14 ta’ Marzu 2022.

Salm 118 (119):41-48

VI (Waw) 

Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej, *
u s-salvazzjoni tiegħek skond il-wegħda tiegħek.
Imbagħad nagħti tweġiba lil min jgħajjarni, *
għax jien nafda fil-kelma tiegħek. 

Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa, *
għax jien fid-digrieti tiegħek nittama.
Inħares il-liġi tiegħek għal dejjem. *
u għal dejjem ta’ dejjem. 

U nkun bla xkiel fil-mixi tiegħi, *
għax jien nfittex il-preċetti tiegħek.
U nitkellem fuq il-preċetti tiegħek *
quddiem is-slaten, u ma nistħix. 

Nitgħaxxaq bil-kmandamenti tiegħek, *
li jiena ħabbejt.
Nerfa’ jdejja lejn il-kmandamenti tiegħek, *
u naħseb fuq il-preċetti tiegħek. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/