Talb ta’ matul il-ġurnata, illum it-Tnejn 14 ta’ Marzu 2022.
Salm 118 (119):41-48
VI (Waw)
Ħa tinżel fuqi tjubitek, Mulej, * u s-salvazzjoni tiegħek skond il-wegħda tiegħek. Imbagħad nagħti tweġiba lil min jgħajjarni, * għax jien nafda fil-kelma tiegħek.
Tneħħili qatt minn fommi kliem is-sewwa, * għax jien fid-digrieti tiegħek nittama. Inħares il-liġi tiegħek għal dejjem. * u għal dejjem ta’ dejjem.
U nkun bla xkiel fil-mixi tiegħi, * għax jien nfittex il-preċetti tiegħek. U nitkellem fuq il-preċetti tiegħek * quddiem is-slaten, u ma nistħix.
Nitgħaxxaq bil-kmandamenti tiegħek, * li jiena ħabbejt. Nerfa’ jdejja lejn il-kmandamenti tiegħek, * u naħseb fuq il-preċetti tiegħek.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/