Triqatek, Mulej, għarrafni

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 2 ta’ Marzu 2023.

Salm 24 (25)

Talb għall-maħfra u s-salvazzjoni
It-tama ma tqarraqx bina. (Rum 5:5) 

Lejk jien nerfa’ ruħi, *
Mulej, Alla tiegħi.
Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad; *
ma jifirħux l-għedewwa tiegħi minħabba fija.
Kull min jittama fik ma jkollux għax jitħawwad; *
jitħawwad min malajr jonqsok mill-kelma. 

Triqatek, Mulej, għarrafni, *
il-mogħdijiet tiegħek għallimni.
Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, †
għax inti Alla tas-salvazzjoni tiegħi. *
Għalik jien nixxennaq il-jum kollu.
Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, *
għax huma minn dejjem, Mulej.
Tiftakarx fil-ħtijiet u d-dnubiet ta’ żgħożiti; †
inti tajjeb, Mulej: *
ftakar fija skond skond it-tjieba tiegħek. #

Tajjeb u sewwa l-Mulej; *
għalhekk juri triqtu lill-ħatja,
imexxi l-imsejkna fis-sewwa, *
jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu. 

Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà *
għal min iħares il-patt u l-liġiiet tiegħu.
Minħabba l-isem tiegħek, Mulej, *
aħfirli ħżuniti, kbira kemm hi kbira. 

Glorja. 

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/