u d-dija ta’ wiċċek, għax int ħabbejthom

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 19 ta’ Ottubru 2023.

Salm 43 (44)

(I) Il-poplu mġarrab
F’dan kollu aħna, noħorġu tassew rebbieħa bis-saħħa ta’ dak li ħabbna. (Rum 8:37) 

O Alla, b’widnejna aħna smajna, *
qaluhulna missirijietna,dak li int għamilt fi żmienhom, *
li għamilt b’idek fiż-żmien l-imgħoddi.
Il-ġnus keċċejt, u lilhom ħawwilt f’arthom; *
il-popli għakkist, u lilhom frixt bħal friegħi. 

Ma kienx b’sejfhom li huma ħadu l-art, *
jew bi driegħhom li kisbu r-rebħa;
kienet il-leminija tiegħek u d-driegħ tiegħek, *
u d-dija ta’ wiċċek, għax int ħabbejthom. 

Inti s-sultan tiegħi u Alla tiegħi, *
li tajt ir-rebħa lil Ġakobb.
Bik nitfgħu lura l-għedewwa tagħna, *
f’ismek nirfsu fuq dawk li jqumu għalina. 

Għax mhux fl-ark tiegħi jien nafda, *
anqas is-sejf tiegħi ma jrebbaħni.
Imma int teħlisna mill-għedewwa tagħna, *
u tfixkel ’il dawk li jobogħduna.
F’Alla niftaħru l-ħin kollu; *
ismek infaħħru għal dejjem. 

Glorja.

Ant. 1: Ma kienx bi driegħhom li kisbu r-rebħa; kienet il-leminija tiegħek u d-dija ta’ wiċċek.

Ant. 2: Ma jwarrabx wiċċu minnkom il-Mulej jekk idduru lejh.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/