U jgħannu, huma u jiżfnu

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, il-Ħamis 18 ta’ Lulju 2024
Salm 86 (87)

Ġerusalemm omm il-ġnus kollha
Ġerusalemm ta’ fuq hi ħielsa, li hi ommna. (Gal 4:26) 

Il-Mulej bena ’l Sijon *
fuq l-għoljiet imqaddsa;
hu jħobb il-bibien tagħha *
aktar mill-għamajjar kollha ta’ Ġakobb.
O belt ta’ Alla, *
ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek: 

“Ngħodd ’il Raħab u ’l Babel *
ma’ dawk li jagħrfuni.
Araw, in-nies tal-Filistja, Tir u l-Etjopja, *
dawn twieldu hemm!”
U għal Sijon jingħad: *
“Ilkoll, il-wieħed u l-ieħor, twieldu fiha!
U Alla l-Għoli nnifsu *
jwettaqha f’postha.” 

Jikteb il-Mulej fil-ktieb tal-popli: *
“Dan twieled hemm!”
U jgħannu, huma u jiżfnu, *
dawk kollha li jgħammru fik. 

Glorja.

Ant. 1: O Belt ta’ Alla, ħwejjeġ sbieħ hu jgħid fuqek.

Ant. 2: Sidi l-Mulej ġej bil-qawwa, bi ħlasu quddiemu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar