u l-weraq tagħha ma jidbielx

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħadd 24 ta’ Settembru 2023.

Salm 1

Iż-żewġ triqat tal-bniedem
Hienja dawk li niżlu fl-ilma, kollhom tama fis-salib. (Awtur tat-2 seklu) 

Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, †
u ma jżommx fi triq il-ħatjin, *
anqas ma joqgħod fil-laqgħat taż-żeblieħa;
imma l-għaxqa tiegħu fil-liġi tal-Mulej, *
u lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu. 

Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma, *
li tagħmel il-frott fi żmienha,
u l-weraq tagħha ma jidbielx; *
hu jirnexxi f’kulma jagħmel. 

Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; *
iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.
Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq, *
ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin. 

Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha, *
imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn. 

Glorja.

Ant. 1: Is-siġra tal-ħajja dehret fis-salib tal-Mulej.

Ant. 2: Jien għamilt is-Sultan tiegħi fuq Sijon.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/