u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum il-Ġimgħa 22 ta’ Settembru 2023.

Salm 147 (147B)

Ġerusalemm tiġġedded
Ejja nurik il-Għarusa mart il-Ħaruf. (Apok 21:9) 

Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej; *
faħħar ’l Alla tiegħek, Sijon! 

Hu jsaħħaħ l-istaneg ta’ bwiebek, *
u jbierek ġewwa fik ’l uliedek.
Hu jqiegħed fis-sliem it-trufijiet ta’ artek, *
u lilek bl-aħjar qamħ ixebbgħek.
Hu jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu, *
bil-ħeffa tiġri l-kelma tiegħu. Jibgħat is-silġ bħas-suf; *
ixerred bħar-rmied il-ġlata.

Jitfa’ s-silġ bħal frak tal-ħobż; *
u jagħqad l-ilma bil-kesħa tiegħu.
Isemma’ kelmtu, u jinħall is-silġ; *
jonfoħ ir-riħ tiegħu, u jiġri l-ilma! 

Hu jxandar kelmtu lil Ġakobb, *
il-liġijiet u d-digrieti tiegħu lil Iżrael.
Ma għamel hekk ma’ ebda poplu; *
lil ħadd ma għarraf id-digrieti tiegħu. 

Glorja.

Ant. 3: Faħħar ’l Alla tiegħek, Sijon, li jibgħat fuq l-art il-kmand tiegħu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/