Xi ġralek, baħar, biex taħrab?

 


L-għasar, illum il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022.

Salm 113A (114)

Iżrael meħlus mill-Eġittu
Intom li ċħadtu d-dinja, qisu rwieħkom li intom ukoll ħrieġtu mill-Eġittu. (S Wistin) 

Meta ħareġ Iżrael mill-Eġittu, *
Ġakobb minn poplu ta’ lsien barrani,
Ġuda sar it-tempju tiegħu, *
Iżrael is-saltna tiegħu. 

Il-baħar rah u ħarab, *
il-Ġordan reġa’ lura.
Qabżu bħal kbiex il-muntanji, *
u bħal ħrief il-għoljiet. 

Xi ġralek, baħar, biex taħrab? *
Xi ġralek, Ġordan, biex terġa’ lura?
Xi ġralkom, muntanji, biex taqbżu bħal kbiex, *
u intom, għoljiet, biex taqbżu bħal ħrief? 

Triegħed, art, quddiem is-Sid, *
quddiem Alla ta’ Ġakobb,
li jbiddel il-blat f’għadira ilma, *
iż-żonqor f’għajn ta’ ilma. 

Glorja.

Ant. 2: Titriegħed l-art quddiem is-Sid tagħha, hallelujah.

Ant. 3: Ħa s-saltna l-Mulej, Alla tagħna li jista’ kollox, hallelujah.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/