Żommni, Mulej

 


Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 20 ta’ Awwissu

Salm 139 (140):1-9,13-14

Alla l-kenn tiegħi
Bin il-bniedem se jkun mogħti f’idejn il-midinbin. (Mt 26:45)

Eħlisni, Mulej, mill-bnedmin ħżiena, *
min-nies tad-dnewwa ħarisni,
li f’qalbhom inisslu ħsibijiet ħżiena, *
li jqajmu l-ġlied kuljum.
Lsienhom daqs tas-serp isinnu, *
semm ta’ lifgħa taħt xufftejhom. 

Żommni, Mulej, minn idejn il-ħżiena, †
min-nies tad-dnewwa ħarisni, *
li ħsiebhom hu li jfixkluni.
Nies kburin ħejjewli nassa, †
firxuli l-ħbula bħal xibka, *
u tul it-triq nasbu għalija. 

Jien għedt lill-Mulej: “Int Alla tiegħi; *
isma’, Mulej, leħen it-tħannin tiegħi.
”Sidi Mulej, fortizza tas-salvazzjoni tiegħi, *
inti l-għata ta’ rasi f’jum it-taqbida.
Taqtgħalhomx xewqithom, Mulej, lill-ħżiena, *
tħallihomx jilħqu l-għanijiet tagħhom. 

Jien naf li l-Mulej jagħmel ħaqq mal-imsejken, *
u jagħti d-dritt lill-fqajjar.
Iva, il-ġusti jfaħħru ismek; *
u t-tajbin jgħammru quddiemek. 

Glorja.

Ant. 3: Żommni minn idejn il-ħżiena, Mulej, fortizza tas-salvazzjoni tiegħi.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/