O Ħobż tas-sema, ikel bnin
Nadurawk Mulej u Alla tagħna
Dawl, qawwa, ħajja tal-bnedmin
Nadurawk Mulej u Alla tagħna.
Int Ħobż li tgħajjex lill-bnedmin
Nadurawk Mulej u Alla tagħna
Fik jiksbu l-maħfra l-midinbin
Nadurawk Mulej u Alla tagħna.
Ħaruf tas-sema, inħobbuk
Nadurawk Mulej u Alla tagħna
Li tibqa’ magħna nitolbuk
Nadurawk Mulej u Alla tagħna.
Mulej, nafda fik, Mulej, nafda fik,
Int Alla tiegħi, Int Alla tiegħi
Fik, insib is-sliem
Fik, hemm il-qawmien
Mulej nafda fik,
Int Alla tiegħi.
Rit:
Fik ngħix, nitħarrek, nieħu nifs
Bik madwari jagħmel sens
Ħalli ’l qalbi tintrefa’ lejk
Fik biss insib il-wens.
Mulej, nafda fik
Fik biss it-tama tiegħi
Mulej, nafda fik
Ħadd bħalek, Alla tiegħi
Fik, insib is-sliem
Fik, hemm il-qawmien
Mulej nafda fik
Int Alla tiegħi. Rit:
Mulej ħajti ntik
Fik biss it-tama tiegħi
Ningħata jien għalik
Inti biss tkun Alla tiegħi
Fik, insib is-sliem
Fik, hemm il-qawmien
Mulej nafda fik,
Int Alla tiegħi.
Missier, inħobbok, infaħħrek, nadurak
Nagħti ġieħ lil ismek, o Ħallieq;
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek, jien nixtieq.
Ġesù, inħobbok, infaħħrek, nadurak
Nagħti ġieħ lil ismek, o Sultan;
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek, kbir setgħan.
Spirtu, inħobbok, infaħħrek, nadurak
Nagħti ġieħ lil ismek, o Mexxej;
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek
Nagħti ġieħ lil ismek, għal li ġej.
F’kull ma nara
Narak taħdem hekk fil-moħbi
Kif tmexxini u ‘l bogħod
Mill-għawg teħodni
Fejn immur u naħrab ‘l bogħod minnek?
Jiġri, x’jiġri, ser issibni lura għandek.
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrġuni.
Rit:
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
Bħal bi fjamma int taħraqni
Fija timxi b’nar ifejjaq
Jien mibdul mil-lejl għan-nhar.
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
B’nar iħeġġeġ int taħraqni
Jgħaddi fija u jien ninbidel
Iżd’ int ma tinbidel qatt.
Int sawwartni u tal-għaġeb int għamiltni
Int tagħrafni u f’ġuf ommi int insiġtni
Sa mill-bidu ma kienx moħbi
Għadmi minnek, rajt għemili
Kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek.
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrġuni. Rit:
Jien f’idejk, (dejjem) taħt għajnejk
Nafda ruħi fik, ruħi fik. Rit:
Din il-karba tal-qalb, din l-għanja fit-talb
Inti ddawwalli t-triq
Fil-hemm u fl-inkwiet
Hekk kif il-jum jintemm
Fis-skiet ta’ bil-lejl
Naf li inti dejjem hemm
Għax inti l-Mulej.
Rit:
Niġi warajk, jekk tmexxini
Niġi warajk,
Inti d-dawl li turi t-triq
Niġi warajk, jekk tmexxini
Niġi warajk.
Isma’ dat-talb, din l-għanja mill-qalb
Inti d-dawl u t-triq
Fil-hemm u fl-inkwiet
Meta l-għajnejn jitqalu
Fid-dalma tal-lejl
Naf li inti dejjem hemm
Għax inti l-Mulej. Rit:
Niġi warajk, niġi warajk.
Niġi warajk jekk tmexxini. Rit:
Ninġabru Nsara, bl-akbar ferħ u ħeġġa
Ħa mmorru, immorru sa Betlehem
Hemm iben Alla, f’għar naraw imwieled
Rit:
Ninxteħtu fl-art bil-qima x3
Nadurawh.
Lil Alla minn Alla dawl mid-dawl ta’ dejjem
Ġiebet ix-xbejba ta’ Nażaret
Dak tassew Alla, sid tal-art u s-sema Rit:
Għas-sejħa tal-anġli, Ir-rgħajja dlonk telqu
Ħa jżuru l-maxtura, fejn twieled Ġesù
U bl-akbar ħeġġa, immorru magħhom Rit:
Ir-rgħajja ferħana lejn l-għar marru jiġru
Jgħannu u jġorru r-rigali
Magħhom ningħaqdu noffru l-qlub tagħna Rit:
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Irroddlok ħajr
Għaliex mis-sema nżilt,
Il-ġmiel ħallejt warajk
Biex bniedem bħali sirt,
Obdejt sal-mewt
U issa ħaj, rebbieħ, qomt mill-imwiet.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Jiena nħobbok u nadurak.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Irroddlok ħajr
Għaliex f’dal-ħobż inħbejt,
Biex tibqa’ dejjem qrib
Sakemm itul iż-żmien,
Iġbidna lejk, Ġesù,
Għax għandek biss il-ferħ u s-sliem.
Mulej tiegħi, Alla tiegħi,
Jiena nħobbok u nemmen fik.
Jiena nħobbok u nadurak.
Mulej, Alla u Sid
Mistoħbi hawn f’dal-ħobż u nbid
Din qalbi kollha rrid nagħtik
Nadurak, Mulej
Mejda t’ikel bnin
Tlestilna int, ħaruf divin
Għajxien tal-fqar, tal-imsejknin
Nadurak, Mulej.
O Sultan Mexxej
F’dawn ix-xbihat Int il-Qaddej
F’dawn ix-xbihat Int il-Feddej
Nadurak, Mulej
B’qima infaħħruk
U nadurawk, waqt li nberkuk
O ħobż tas-sema, inqimuk
Nadurawk, Mulej.
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Għalik l-anġli dlonk titniehed,
Inti l-hena tal-bnedmin.
Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Int is-saħħa tal-qawwija,
Int il-faraġ tad-dgħajfin. Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Int il-qawma ta’ min raqad,
Inti l-għaxja tal-ħajjin. Rit:
Nadurawk, ja Ħobż tas-sema;
Frott l-Imħabba l-iżjed bnin.
Insellmulek, Alla moħbi,
Inti biss taħkem is-snin. Rit:
Lord you are more precious than silver
Lord you are more costly than gold
Lord you are
More beautiful than diamonds
And nothing I desire
Compares with you.