Veni Sancte Spiritus
Tui amoris, ignem accende
Veni Sancte Spiritus
Veni Sancte Spiritus
Varji
This little light of mine
14/05/2021Ref:
This little light of mine,
I’m gonna let it shine
This little light of mine,
I’m gonna let it shine
This little light of mine,
I’m gonna let it shine
Everyday, everyday,
Everyday, everyday
I’m gonna let my little light shine.
On Monday, give me the gift of love
On Tuesday, peace came from above
On Wednesday, told me to watch and pray
On Thursday, told me just what to say
On Friday, sent me the gift of faith
On Saturday, gave me a little more grace
On Sunday, gave me the power divine
Just to let my little light shine.
Spirtu Qaddis
14/05/2021Spirtu Qaddis tal-Mulej
Dawwal lil moħħna, lil qalbna biss bik
Kun għalina s-serħ, milja ta’ kull ferħ.
Qawwi lil ruħna Mulej.
Spirtu tal-paċi tal-għerf
Għallimna nħobbu u naħfru bla rbit
Ġedded wiċċ il-art
Fejjaq minna l-mard
Ejja aħjina Mulej.
Spirtu ta’ faraġ, ta’ dawl.
Il-għawġ dallamna, farrakna bis-sħiħ.
’Tina l-għerf meħtieġ
Nagħrfu nimxu t-triq
Biex ngħixu ħajja fis-sliem.
Spirtu ta’ mħabba bla qies
Lilek foħrija, minn qalbna nagħtuk
Flimkien mal-Missier
Ma’ Ġesù l-ħellies
Lilkom kull glorja. Ammen.
Stennejtek
14/05/2021Stennejtek ilbieraħ,
Għażiż iben tiegħi;
Fejn kont ma ġejtx ħdejja,
Kemm xtaqtek kont miegħi;
Fil-knisja, din dari,
Fil-bniedem il-qalb,
Kemm ftit idaħħluni!
Kemm nies bogħod mit-talb.
Ix-xewqa li għandi
Hi waħda għal kulħadd:
Ħobbuni nitlobkom,
Ma nwarrab lil ħadd.
Li kieku kull bniedem
Jaf x’għandi għalih
Malajr jibda jħobbni
U nibqa’ ngħix fih.
O bniedem, o bniedem,
Għaliex tlaqt u nsejtni;
Ma tafx x’għamilt miegħek
Għaliex hekk ħallejtni?
Mhux dejjem l-imħabba
Hawn jien biex nagħtik;
Mel’ejja nitolbok
Ħa nifraħ ftit bik.
Mel’ejja nitolbok
Ħa nifraħ ftit bik.
Ħa nifraħ ftit bik.
Talba taż-żgħażagħ
14/05/2021Ġesù tagħna feddej tajjeb
Taf li lilek inħobbuk
Taf ukoll li aħna ż-żgħażagħ
Kulma għandna, nixtiequ ntuk.
Mulej inti tant ħabbejtna
Li għalina sfajt mislub
U kif nistgħu aħna ngħidu
Li f’ħajjitna m’intix misjub.
Mulej aħna, aħna ż-żgħażagħ
Hemm quddiemna l-futur
Dana lilek irridu noffru
l-ideal ta’ żagħżugħ matur.
Ħafna żgħażagħ taf li għadhom
’Il bogħod minnek o Mulej.
Minn qiegħ qalbna qed nitolbu
Biex turihom li, int Feddej. x2
Sebbħu lil Alla
14/05/2021Sebbħu lil Alla,
Għax setgħani u qaddis,
Għannu lill-Mulej ġnus kollha,
Għax hu ta’ mħabba.
Ismu kbir u qawwi,
Jisboq ta’ kull ħlejqa,
Alla tagħna twajjeb,
Lilu nagħtu qima.
Sebbħu lil Alla…
Ħallieq ta’ kollox
Lilek aħna niżżukħajr,
Lilek aħna b’ferħ infaħħru,
Għax int tal-ħniena.
Missier Alla tagħna,
Aħna lkoll uliedek,
Lilek aħna nweġġgħu,
Lilek nagħtu qima.
Ħallieq ta’ kollox…
Int saħħa tagħna,
Lilek aħna nagħrfu b’Sid,
Inti sejf u tarka tagħna,
Int għajn ta’ kull ġid.
Missier, ftakar fina,
Fik it-tama tagħna,
Lilek aħna nsejħu,
Biex int tieqaf magħna.
Int saħħa tagħna…
Sibt Teżor
14/05/2021Mulej għand min immur?
Kliem il-ħajja jinsab fik
Inti biss fuq din l-art
Jew fis-skiet tas-smewwiet
Mulej tiegħi, Salvatur.
Rit:
Jien darba f’għalqa sibt teżor
Li ma jintemmx
Biż-żmien, bil-mewt
Kull ma għandi nbigħ
U nagħti kull ma jien
Biex nikseb sewwa dat-teżor.
Ġesù, sid il-ħolqien
Ma jonqosni xejn Mulej
Ħlief li nara u nemmen li ħajti f’idejk
U fis-saltna tas-smewwiet. Rit:
Qalb Żagħżugħa
14/05/2021Rit:
Fiż-żgħażagħ it-tama
Inħarsu ’l quddiem
Lejn dinja sabiħa mibnija fis-sliem
Insewwu l-ħsara, inkattru l-ġid
Magħquda għall-ġejjieni,
Nimxu id f’id.
Bl-ilma fejjiedi l-ħxejjex tal-art
Jerġġħu għall-ħajja jiżżejnu l-ward
Hekk Alla biż-żgħażagħ qalbiena jrid
Kollox iġedded, isebbaħ mill-ġdid. Rit:
Hemm min biss igerger jintilef fil-kliem
Iħabbar tad-dinja l-qerda u t-tmiem
Iżd’ aħna li qlubna bit-tama mħeġġin
Naħdmu u ngħixu bħal aħwa henjin. Rit:
Għalhekk kollha ħeġġa flimkien inkantaw
L-imrar u t-telqa mhumiex posthom haw’
Din l-għanja tal-ħajja mhix għanja tax-xjuħ
Din l-għanja ta’ min f’qalbu
Għadu żagħżugħ. Rit:
Ragħaj ta’ Ruħi
14/05/2021Ragħaj ta’ ruħi rrid
kontroll ta’ ħajti ntik
Kull fejn tmexxini int, warajk niġi
Kull ma int lissint, li nisma’ jien għażilt
Kull fejn teħodni int, jien immur.
Jekk f’mergħat fil-kwiet teħodni
Jew fejn l-ilma jgelgel pur
O ragħaj ta’ ruħi dejjem ħdejja tkun
Jekk quddiemi tfeġġ muntanja
Jew xi wied fond u mudlam
O ragħaj ta’ ruħi gwida għalija kun.
Shepherd of my soul
14/05/2021Shepherd of my soul
I give you full control
Wherever you may lead
TI will follow
I have made the choice
To listen for your voice
Wherever you may lead I will go.
Be it in a quiet pasture
Or by a gentle stream
The shepherd of my soul is by my side
Should I face a mighty mountain
Or a valley dark and deep
The shepherd of my soul
Will be my guide.