Varji

Imbierek Int Mulejja

Imbierek int, Mulejja
Ħallieq u Missier tagħna
Fit-tjieba tiegħek tajtna
Dal-ħobż (l-inbid) li ġibna magħna
Mill-frott tal-art għammiela
U xogħol idejn il-bniedem
Li minnu jsir għalina
Ġismek (Demmek) ħaj u tant għażiż!

U miegħu ilqa’
L-għotja ta’ bniedem l’ hu bla ħila
Kont int li sejjaħtli
Ma nafx x’rajt sabiħ fija!
Imm’ inti mitt għalija tajt ħajtek fuq salib
Ilqagħha l-“iva” tiegħi jien tiegħek
Dejjem qrib.

Rit:
“Ħabib,
Nixtieqek tkun dixxipli tiegħi,
Salibek, tbatijietek ġorr kuljum.
Jekk tagħti
Jingħatalek għal mitt darba,
Jekk taqa’
Inkun jien li ngħinek tqum.” x2

Imħabba bis-sens

Missierna tas-sema tant ћabbna
Meta tana lil Ibnu l-waħdien
Biex isir wieħed minna w jgħix fostna
U joffrilna mid-dnub il-ħelsien.
Bagħtu jonqox imħabbtu fi qlubna
Li tibdilna ilkoll f’ħolqien ġdid
Biex fih nagħrfu kif ngħixu ta’ aħwa
Mingħajr firda; ta’ vera ulied.

Rit:
Ħobbu lil xulxin,
Kif ħabbejtkom jien
Wasslu din l-imħabba
Fil-qlub tal-bnedmin
Kunu xhieda tiegħi
Fost ħutkom kullimkien
Uruhom kif l-imħabba
Tagħtihom il-ħelsien.

Għadda fostna jxandar il-maħfra
U ifarraġ il-qalb tal-muġugħ
Kien id-Dawl illi dawwal id-dinja
Sar il-Ħobż illi jaqta’ kull ġuħ.

Tana Ġismu u Demmu sal-aħħar
Fuq salib, hemm fuq l-għolja merfugħ
Biex imħabbtu naraw issa fejn twassal
Ta’ kull darba li aħna niċħduh. Rit:

Tana l-qawwa biex ngħixu fid-dinja
Bħall-appostli nhar Għid il-Ħamsin
Mingħajr biża’ inħabbru li Kristu
Hu biss jagħti l-vera ħelsien.

Dik imħabbtu issir imħabbitna
Li tgħaqqadna f’qalb waħda flimkien
Tgħinna nibnu flimkien dinja ġdida
Sabiex ngħixu tassew ferħanin. Rit:

Il-jiem ta’ Elija

Dawn huma l-jiem ta’ Elija
Ħa nxandru x’qed jgħid il-Mulej
U s-sedqa qed nerġgħu narawha, ċara
Bħal żmien Mosè il-qaddej
U għalkemm ngħixu dal-ġranet ta’ prova
Ta’ ġuħ u ta’ dalma u ta’ sejf
Hawn xorta leħinna fix-xagħri jidwi
Ħejjulu it-triq lill-Mulej.

Rit:
Arawh, hu ġej, riekeb fuq is-sħab
Jiddi qisu x-xemx
Xħin it-tromba ddoqq
Għajtu lkoll,
“Din is-sena tal-Ġublew”
Minn ġebel Sijon fidwa nistennew.

Dawn jiem Eżekjel il-profeta
Għax l-għadam jitlaħħam irid
U dawn huma l-jiem
Tas-serv tiegħek, David
B’tifħir jitla’ t-tempju mill-ġdid
U dawn huma l-ġranet fejn naħsdu
L-għelieqi ġa bojod bil-ġnus
U aħna ġol-għalqa tad-dwieli, naħdmu
Inxandru l-Kelmiet tal-Mulej. Rit:

Days of Elijah

These are the days of Elijah
Declaring the word of the Lord
And these are the days
Of your servant, Moses
Righteousness being restored
And though these are days of great trials
Of famine and darkness and sword
Still we are the voice
In the desert crying
Prepare ye the way of the Lord.

Ref:
Behold He comes
Riding on the clouds
Shining like the sun
At the trumpet call lift your voice
It’s the year of Jubilee
Out of Zion’s Hill salvation comes.

And these are the days of Ezekiel
The dry bones becoming as flesh
And these are the days
Of your servant, David
Rebuilding a temple of praise
And these are the days of the harvest
The fields are as white in the world
And we are your labourers
In your vineyard
Declaring the word of the Lord. Ref:

Who was and who is
And who is to come. x3

Heaven is in my heart

Ref:
Oh, heaven is in my heart x2

The kingdom of our God is here
Heaven is in my heart
The presence of his majesty
Heaven is in my heart
And in his presence joy abounds
Heaven is in my heart
The light of holiness surrounds
Heaven is in my heart. Ref:

His precious life on me he spent
Heaven is in my heart
To give me life without an end
Heaven is in my heart
In Christ is all my confidence
Heaven is in my heart
The hope of my inheritance
Heaven is in my heart. Ref:

We are a temple for his throne
Heaven is in my heart
And Christ is the foundation stone
Heaven is in my heart
He will return to take us home
Heaven is in my heart
The spirit and the bride say “Come”
Heaven is in my heart. Ref:

He’s got the whole world

He’s got the whole world in his hands
He’s got the whole wide world
In his hands
He’s got the whole world in his hands
He’s got the whole world in his hands

He’s got the wind and rain…..
He’s got the little baby Jesus…..
He’s got you and me…..

Ħadd ma jħobbok bħali

Kemm stennejt dan il-mument
Tiġi tiftaħ qalbek miegħi
Kemm stennejt li ssib ftit ħin
Li tiġi dduq l-imħabba tiegħi.
Minni ħrabt u minni nħbejt
Imma naf kemm int sofrejt
Sewwasew minn xiex għaddejt
U f’ħajtek kemm batejt.

Rit:
Għax naf li ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le, ħadd ma jħobbok bħali.

Naf sew dak li int trid tgħid
Għalkemm qatt ma tkellimt miegħi
Naf sew dak li qalbek tħoss
Għalkemm qatt ma qsamt xejn miegħi.
Fi tfixkil dejjem kont ħdejk
Jien miegħek hemm imxejt
Sa rfajtek minn idejk
Meta għal kollox kont għajjejt.

Rit:
Għax naf li ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Hemm fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok daqsi.

Jien miegħek ser inkun,
Inkun xi jkun li jiġri f’ħajtek
Għal dejjem nibqa’ nkun
Qawwa għalik – ġo qalbek.

Rit:
Għax ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok bħali.
Għax ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le ħadd ma jħobbok daqsi.
Jien miegħek nibqa’ nkun – fi mħabbti.

Hawn jien Mulej

Hawn qribek hena nsib, din qalbi tfur
Kemm hu sew li hawn flimkien
Kull biżgħa illi kelli għebet mar-riħ
Meta hawn Int fis-sod hawn jien
Ma’ kull nifs, nimtela bik
Kemm hu sew li jien hawn fik.

Rit:
Hawn jien, Mulej hawn ħdejk
Ħallini miegħek
Inqimek nagħti ġieħ
Lill-glorja tiegħek
Urini dak li trid
Li tagħmel miegħi
Noffrilek kull ma jien
Ir-rieda tiegħi.

Hawn jien Mulej hawn ħdejk
Ħallini ħdejk Mulej … għal dejjem. x4 Rit:

Għal darek nixxennaq

Rit:
Kemm hi għażiża d-dar tiegħek
Mulej Alla tas-sema
Ruħi tinfena u tixxennaq
Għat-tempju tiegħek, o Alla.

Ġo darek l-għasfur jgħammar
Ħuttafa tibni l-bejta tagħha
Tant ieħor nistkenn ħdejn artalek
Mulej, Sultan u Alla tiegħi. Rit:

U hena jimla ’l qalbi
Kull meta f’darek niġi nfaħħrek
Nitolbok ismagħni, weġibni
Nittama fik, Alla l-Għoli. Rit:

Jum wieħed ġewwa għamartek
Aħjar minn ħajja xi mkien ieħor
U l-għatba ta’ darek, o Alla
Aħjar minn tined il-ħżiena. Rit:

Għax tarka int għalija
U ħniena, Mulej, int turi miegħi
Kull ġid u kull barka tagħtini
Jekk miegħek nimxi bis-sewwa. Rit:

Għalkemm tant ħafna

Għalkemm tant ħafna, aħna qalb waħda
Aħna qalb waħda f’Ġesù
Għalkemm tant ħafna, aħna qalb waħda
Lkoll ġisem wieħed f’Ġesù.
Fidi, sħiħa f’Kristu Ġesù
Magħqudin f’dis-sejħa lkoll flimkien
Tama waħda f’Alla l-ħaj
Missier wieħed fuq kulħadd.