Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

24/09/21

 

O Alla, inti tagħtina l-aqwa xhieda tas-setgħa tiegħek bla tarf billi taħfrilna u tħenn għalina; xerred dejjem fuqna l-grazzja tiegħek, biex inħaffu fit-triq tal-wegħdiet tiegħek u tagħtina sehem mill-ġid tas-sema. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Il-Kolletta tas-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

Innijiet għal-liturġija
Dħul: Magħqudin fehma waħda
Offertorju: Nippreżentawlek Missier Qaddis
Tqarbin: Ma jistħoqqlix Mulejja
Għeluq: Ġejt quddiemek nitlob