Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju 2022.
Salm 118 (119):161-168
XXI (Sin)
Il-kbarat għal xejn b’xejn jagħmlu għalija, * imma minn kelmtek tibża’ qalbi. Ferħan jien minħabba l-wegħda tiegħek, * bħal min isib xi priża kbira.
Il-qerq nobogħdu u nistkerrhu, * imma l-liġi tiegħek inħobbha. Seba’ darbiet kuljum infaħħrek * għad-digrieti ġusti tiegħek.
Sliem bil-bosta għal min iħobb il-liġi tiegħek; * ma hemm ebda tfixkil għalihom. Nistenna s-salvazzjoni tiegħek, Mulej; * u nħares il-kmandamenti tiegħek.
Ruħi tħares il-preċetti tiegħek; * u jiena nħobbhom ħafna. Inħares il-preċetti u l-kmandamenti tiegħek; * quddiem għajnejk l-imġiba tiegħi kollha.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/