
Il-barka ta’ Alla fuqkom!
Talb ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 21 ta’ Settembru 2023.
Salm 128 (129)
Il-poplu fil-hemm iġedded it-tamaIl-Knisja tgħid x’ qiegħda ġġarrab. (S. Wistin)
Ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti *
— ħa jgħid hekk Iżrael —
ħabbtuni ħafna sa minn żgħożiti, *
imma ma rnexxilhomx jegħlbuni.
Bil-moħriet għaddew minn fuq dahri, *
raddiet twal bis-swat għamluli.
Imma ġust hu l-Mulej, *
u qatta’ minn fuqi l-irbit tal-ħżiena.
Ħa jinfixlu u jmorru lura *
dawk kollha li jobogħdu ’l Sijon.
Ikunu bħall-ħaxix tal-bjut,
li jinxef qabel ma jikber, *
li bih il-ħassad ma jimliex idu,
lanqas ħdanu min jorbot il-qatet.
U ma jgħidux dawk li jkunu għaddejja: †
“Il-barka ta’ Alla fuqkom! *
Inberkukom f’isem il-Mulej!”.
Glorja.
Ant. 3: Il-Mulej Alla nnifsu jitqabad għalik mal-għedewwa tiegħek.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/