Nhar l-24 ta’ Settembru 2026, il-Venerabbli Fulton J. Sheen se jiġi ddikjarat Beatu waqt quddiesa ppreseduta mill-Kardinal Tagle u ċċelebrata l-istadium The Dome at America’s Center, ġewwa St Louis, Missouri, fl-Istati Uniti.
L-Isqof Fulton Sheen kien pijunier fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni permezz ta’ xandiriet Kattoliċi fuq ir-radju u t-televiżjoni. L-aktar programm magħruf tiegħu bla dubju hu Life is Worth Living li kien jixxandar fuq it-televiżjoni bejn l-1952 u l-1957—programm li laħaq ’il fuq minn 30 miljun spettatur fil-ġimgħa.
Permezz tal-ħidma ta’ dan l-isqof kariżmatiku, eluf ta’ nies sabu wens imġedded fil-fidi Nisranija, u kien ħabrieki fi ġbir ta’ fondi b’risq diversi ħidmiet missjunarji madwar id-dinja. Fl-1953 rebaħ il-Premju Emmu għall-iktar persunalità televiżiva li tispikka, fi żmien meta d-divertiment kien diġà b’saħħtu ħafna. Bil-mod umoristiku tiegħu tant sinonimu, Sheen kien jirringrazzja lil Mark, Mattew, Luqa, u Ġwanni bħala l-awturi ewlenin tal-kontenut tiegħu.
Sheen kien ukoll devot kbir ta’ Marija, tant li l-motto episkopali tiegħu kien talba: Da per matrem me venire—agħtini li nasal [għandek] permezz tal-omm [Marija]. Spiss kien jirreferi għal Marija bħala “Our Lady of Television,” jew bħala lenti li permezz tagħha nistgħu nilmħu l-kobor u s-sbuħija tal-Mulej.




