Adorazzjoni Ewkaristika bi tħejjija għal Pentekoste
Ġunju 2022
Innu waqt l-Espożizzjoni
Vista lil Ġesù Ewkaristija
O Sultan etern u għoli,
li ħennejt għalina w fdejtna,
inti qridtil-mewt għal dejjem,
bik il-grazzja t’Alla rebħet.
Missierna, Sliema, Glorja
Tlajt glorjuż fil-leminija
tal-Missier, li tak is-setgħa
fuq il-ħlejjaq kollha tiegħu,
saltna li mhijiex tad-dinja.
Missierna, Sliema, Glorja
Hekk, Mulej, quddiemek jinżel
għarkupptejh kulħadd: fis-sema,
fl-art, f’qiegħ l-art, għemilek kollu
jadurak fil-biża’ tiegħek.
Missierna, Sliema, Glorja
O Mulej, sultan tal-ħlejjaq,
li m’hemmx hena ieħor ħliefek,
kun hawnhekk il-ferħ ta’ qalbna,
kif għad tkun il-premju tagħna.
Missierna, Sliema, Glorja
Nitolbuk, għalhekk, tagħtina
maħfra sħiħa ta’ dnubietna;
u bil-grazzja tiegħek għinna
nerfgħu ħsiebna lejn is-sema.
Missierna, Sliema, Glorja
Tifħir lilek, Kristu Sidna,
int li tlajt glorjuż fis-sema;
mal-Missier u mal-Ispirtu,
ġieħ jintraddlek, issa w dejjem. Amen.
Skont il-ferhma tal-Papa: Missierna, Sliema, Glorja
Wara li l-Ħadd li għadda fakkarna Tlugħ il-Mulej fis-Sema, il-Ħadd li ġej il-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, fejninfakkru l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-ewwel komunità miġburin flimkienfit-talbmadwar Marija, Omm Ġesù, u l-Appostli. Hija l-festa tal-bidu tal-Knisja, meta dak li twettaq fuq is-salib u bil-qawmien mill-imwiet tal-Mulej, issa laħaq il-milja tiegħu bid-don tal-Ispirtu Qaddis li permezz tiegħu mhux biss setgħu jgħixu huma dan il-misteru tal-fidwa imma kisbu wkoll il-qawwa li jwassluh lill-oħrajn. Aħna wkoll, kif ninsabu fiż-żmien bejn l-ewwel miġja tal-Mulej Ġesù bħala bniedem u l-istennija tal-miġja tiegħu mill-ġdid fil-glorja, aħna wkoll illejla inġbarnafit-talb imdawrin bix-xirka tal-qaddisin fil-preżenza tal-Mulej Irxoxt ħaj fl-Ewkaristija sabiex mingħandu nistennew mill-ġdid id-don kontinwu tal-Ispirtu li permezz tiegħu jġedded lill-Knisja u lid-dinja.
(adorazzjoni fis-skiet)
Ejjew nagħmlu tagħna t-talba tas-Salmista f’Salm 104, billi flimkien intennu: Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej, u ġedded il-wiċċ tal-art.
Salm 104, 1-2a.24.35ċ.27-28.29bċ-30
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
Mulej, Alla tiegħi, int kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u bil-ġmiel inti mlibbes,
bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb. R/.
Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!
Kollha bl-għerf int għamilthom;
mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! R/.
Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha
li tagħtihom ikilhom f’waqtu.
Inti tagħtihom, u huma jiġbru;
tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid. R/.
Jekk teħdilhom nifishom, imutu,
u lejn it-trab jerġgħu jmorru.
Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,
u inti ġġedded il-wiċċ tal-art. R/.
Innu Ewkaristiku
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann(20, 19-23)
Dak in-nhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom.” Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.”
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek, Kristu
F’dan ir-rakkont li jagħtina l-Evanġelista San Ġwann, li huwa l-ekwivalenti tax-xena drammatika li jpittrilna San Luqa tal-ġrajja ta’ Pentekoste fl-Atti tal-Appostli, il-laqgħa mal-Mulej Irxoxt isseħħ dakinhar tal-qawmien stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, l-ewwel jum tal-istorja ġdida tal-umanità, tal-bniedem li jinħoloq mill-ġdid bil-qawwa tal-Ispirtu li l-Mulej jonfoħ fuqhom bħalma nefaħ fuq Adam,l-ewwel bniedem, sabiex tah il-ħajja.
U aħna wkoll ġejna hawn, Mulej, bħal donnaf’dik il-kamra ta’ fuq fejn tajt ġismek bħala ikel u demmek bħala xorb għall-ewwel darba, hawn fejn titmana bik innifsek ta’ kuljum. Inġbarnahawnflimkien bħala komunità li diġà rċeviet id-don tal-Ispirtu Qaddis fil-Magħmudija u fil-Griżma. Inġbarna hawn bħala komunità li, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, għadha kemm xehdet għall-miraklu Ewkaristiku u setgħet tirċevik ġewwa fiha.
Għall-kuntrarju tad-dixxiplimbeżżgħin mil-Lhud, aħna ġejna hawn bl-imħabba ħielsa tagħna biex inqimuk u nadurawk. Ġejna hawn biex nitolbuktibgħat l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja, sabiex tibgħat l-Ispirtu tiegħek ta’ sliem fuq id-dinja, tibagħtu biex jagħtina l-qawwa nixhdu għalik fid-dinja. Ġejna hawn u l-bibien mhumiex imsakkra imma huma miftuħa—komunità li tilqa’, komunità li toħroġ tiltaqa’ mad-dinja għatxana għall-verità u l-ħelsien.
Imma filwaqt li hawn ġejna minn rajna biex infaħħruk u nitolbuk, nagħrfuli,bħad-dixxipli, hemm kmajriet oħrafil-ħajjatagħna li fihom ninsabumsakkrau fejn inti jeħtieġ li tidħol bil-preżenza rebbieħa u ħajja tiegħek sabiex tlissen, “Is-sliem għalikom!”Ġejna hawn bil-biżgħat tagħna li jżommuna milli nħobbu b’mod sħiħ u jżommuna milli nkunu tassew komunità nisranija, komunità tiegħek li tiftaħ idejha biex tilqa’ u tħaddan. Ġejna hawn bil-ġrieħi tagħna, kemm personali u kif ukoll familjari, komunitarjiu ekkleżjali. Ġejna hawn infittxuk f’dinja mifnija mill-kunflitti u n-nuqqas ta’ sliem.
Iżda bħalma, minn fuq is-salib, kien minn ġenbek minfud li ħarġu d-demm u l-ilma, xbieha tad-Don tal-Ispirtu, xbieha tas-Sagramenti, l-għejun li fihom nħaslet id-dinja, hekk ukoll illejla nitolbuk sabiex turina jdejk u ġenbek ħalli minnhom tinżel fuqna l-qawwa li tfejjaq u ssaħħaħ, tbierek u tqaddes. Urina l-pjagi tiegħek, Mulej, sabiex fihom nagħrfu li l-pjagi tagħna u tal-Ġisem tiegħek li hu l-Knisja jistgħu jiġu mfejqa. Urina l-pjagi tiegħek sabiex minnhom il-feriti tagħna jindilku bil-balzmu tal-fejqantiegħek. Urina l-pjagi tiegħek sabiex fihom nagħrfu l-imħabba li fdiet id-dinja u għadha ssalvaha.
Innu Ewkaristiku
Ejjew b’fiduċja nduru fuq il-Mulej Irxoxt u nitolbuhjonfoħ fuqna mill-ġdid in-Nifs Qaddis tiegħu li jagħti l-ħajja mill-ġdid billi wara kull talba ntennu: Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq il-Papa u l-isqfijiet kollha, suċċessuri tal-Appostli, sabiex jitimgħu bil-Kelma tal-verità lill-poplu tiegħek. R/.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq il-mexxejja tal-ġnus sabiex ixettelfihom ħsibijiet ta’ sliem. R/.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq il-ġenituri, l-għalliema u l-katekisti kollha fl-isfida li għandhom li jwasslu l-fidi lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. R/.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq dawk li qed issejjaħ biex jiddedikaw ħajjithom għax-xandir tal-aħbar it-tajba sabiex jagħtihom id-don tal-kuraġġ. R/.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq il-qlub miġruħa sabiex idewwaqhom il-ħlewwa tiegħek. R/.
- Sawwab, Mulej, l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuqna sabiex inissel fina sens ta’ ndiema u sogħba vera. R/.
Mill-glorja tiegħek fil-leminija tal-Missier, sawwab mill-ġdidid-don tal-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq id-dinjaħalli jġeddidhau jqaddisha. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.