Bħalma int O Marija
Bħalma int, o Marija, fit-tempju
Kollok ħeġġa offrejt ’l Ibnek Ġesù,
Ressaq int dawn l-offerti lil Alla,
Għaliex aħna neqsin mill-virtù.
Lilu miegħek nitolbu bil-qima
Biex ikunu qalb waħda il-bnedmin,
Biex iħares il-Knisja ta’ Ibnek,
Taħt Ragħaj wieħed ilkoll miġburin.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


