Bierek dal-ħobż
Bierek dal-ħobż, Missier ħanin,
Mill-qamħ li bih tgħajjixna;
Il-ħobż li jgħaqqad il-bnedmin
Ma’ Ibnek Kristu Sidna.
Bierek ukoll, Missier qaddis,
Dal-kalċi li jsalvana,
Ħa jsir għalina d-Demm għażiż,
Ta’ Kristu, Feddej tagħna.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju


