Tneżżajt mill-ġmiel u l-maestà
Tneżżajt mill-ġmiel u l-maestà
Baxxejt rasek b’umiltà
Minn dawk stess soffrejt
Li ħlaqt u tant ħabbejthom
Fuqek stess dnubieti rfajt
Meta mitt u rxuxtajt
Iva ssaltan Int
Merfugħ fuq l-art u s-sema.
Minn qalbi rrid inqimek, o Mulej
Bi mħabbtek int irbaħtni, o Feddej
Għal dejjem ta’ dejjem, nibqa’ nħobbok
U għalija mitt Int waħdek biss
Ħajtek tajt biex lili ħlist
Leħni ngħolli lejk, Ġesù irrid inqimek.
Żminijiet: Ferja, Randan
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament, Tqarbin