Dixxerniment Personali

Bħad‑dixxerniment imsejjes fuq ir‑raġuni, id‑dixxerniment Nisrani għandu ħafna dimensjonijiet li l‑ġemgħa jeħtieġ li twettaq b’xewqa għall‑awtentiċità:

  • bħala Nsara niddixxernu u naġixxu bħala individwi fl‑affarijiet privati tagħna. Għal din ir‑raġuni, in‑Nisrani jrid ikun bniedem axxetiku li jrawwem fih dik id‑dixxiplina meħtieġa biex il‑ġibdiet tal‑ġisem u r‑ruħ ikunu fi qbil ma’ Kristu;
  • bħala Nsara niddixxernu fl‑interess ta’ dawk li huma fdati f’idejna. Id‑dixxerniment tal‑ġenituri f’isem uliedhom huwa eżempju ċar ta’ dan; imma, f’kull pożizzjoni ta’ awtorità, l‑għaqal hu meħtieġ biex tagħraf tassew il‑ġid tal‑oħrajn. Li tieħu ħsieb ħaddieħor mill‑għajnejn ta’ Kristu timplika mħabba u ħniena għall‑oħrajn u mhux biss sens ta’ ġustizzja;
  • bħala Nsara niddixxernu wkoll fir‑rwoli pubbliċi tagħna, fejn insibu ruħna responsabbli mhux biss ta’ nies fdati f’idejna biex nieħdu ħsiebhom, imma wkoll tat‑tmexxija ġusta ta’ istituzzjonijiet li jaħdmu għall‑ġid komuni. Li nkunu konxji tal‑ġid li Alla jixtieq mill‑istituzzjonijiet tagħna ta’ governanza, ekonomija u benessri pubbliku—inkluż tal‑Knisja nnifisha bħala istituzzjoni—ifisser li naġixxu b’mod li jirrispetta d‑dinjità tal‑persuni l‑ewwel qabel u kollox;
  • bħala Nsara aħna msejħin ukoll niddixxernu għall‑ġid tad‑dar komuni tagħna. Li nieħdu ħsieb id‑dinja jfisser li nuru s‑Sbuħija tal‑Ħolqien il‑Ġdid li l‑Ispirtu s‑Santu jrid isawwar.

(mid-dokument Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed, 81-82)