Talba ta’ nofs il-jum, illum is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2022.
Salm 118 (119):81-88
XI (Kof) Ninfena bix-xewqa tas-salvazzjoni tiegħek; * jien nittama fil-kelma tiegħek. Għejew għajnejja jistennew il-wegħda tiegħek; * u jien nistaqsi: “Meta se tfarraġni?”
Sirt qisni ġild imnixxef fid-duħħan; * imma ma nsejtx il-kmandamenti tiegħek. Kemm se jdum jistenna l-qaddej tiegħek? * Meta se tagħmel ħaqq minn dawk li jħabbtuni?
Ħaffru l-kburin ħofra għalija, * dawk li ma jimxux skond il-liġi tiegħek. Sewwa huma l-kmandamenti tiegħek kollha; * għinni int, meta bil-qerq iħabbtuni.
Għal ftit ma qerdunix minn din l-art; * imma jien ma ħallejtx il-preċetti tiegħek. Fit-tjieba tiegħek agħtini l-ħajja; * u jiena nħares il-preċetti ta’ fommok.
Glorja.
Ant. 1: Il-Mulej jgħid: Is-smewwiet u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.
Ant. 2: Mulej, int sirt kenn għalija, torri qawwi quddiem l-għadu.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/